(Ir-“Regoli Supplimentari”)
(Effittivi minn l-1 ta’ Ġunju 2017)
1. L - Ambitu
2. Definizzjonijiet
3. Komunikazzjonijiet
4. Sottomissjoni tal-Ilment u L-Annessi
5. Reviżjoni rigward il-Format tal-Konformita’
6. Il-Ħatra ta’ Amministratur għall-Kawża
7. Sottomissjoni tar-Risposta u l-Annessi
8. Proċeduri għal-Ħatra tal-Bord
9. Dikkjarazjoni
10. Tariffi
11. Limitu ta’ Kliem
12. Id-daqs tal-Fajl u l-Format tal-Modalitajiet
13. Arranġament
14. Id-Deċiżjoni tal-Bord
15. Emendi
16. Esklużjoni ta’ Responsabbilta’
1. L – Ambitu
(a) Ir-Relazzjoni mar-Regoli tal-ADR. Dawn ir-Regoli Supplimentari għandhom jinqraw u jintuzaw mar-Regoli ta’ .eu, Soluzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ir-“Regoli tal ADR”).
(b) Il-Verzjoni tar-Regoli Supplimentari. Il-Verzjoni effettiva ta’ dawn ir-Regoli Supplimentari fid-data li fiha l-ilment jiġi ppreżentat għandhom ikunu applikabli fil-proċediment amministrattiv li nbeda.
2. Definizzjonijiet
Kwalunkwe terminu li ġie definit fir-Regoli tal-ADR għandu jkollu l-istess tifsira fir-Regoli Supplimentari.
3. Komunikazzjonijiet
(a) Modalitajiet. Suġġet għad-disposizzjonijiet li jinsabu f’paragrafu A(2)(ċ) tar-Regoli tal-ADR, kwalunkwe sottomissjoni li jistgħu jew li huma meħtieġa li jkunu indirizzati lejn iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u Medjazzjoni tal-WIPO (“iċ-Ċentru”) jew lill-Bord li josserva dawn ir-Regoli tal-ADR, għandhom jiġu magħmula permezz ta’:
(i) Email li trid tkun mibgħuta fl-indirizz ikkomunikat mingħand Iċ-Ċentru; jew
(ii) Is-Sistema taċ-Ċentru ta’ fajling ta’ kawżi u amministrazzjoni, li hija disponibbli fuq l-Internet.
(b) Arkivju. Iċ-Ċentru jżomm arkivju ta’ kull kommunikazzjoni riċevuta jew ta’ dawk il-kommunikazzjonijiet li għandhom l-obbligu li jsiru skont ir-Regoli tal-ADR.
4. Sottomissjoni tal-Ilment u L-Annessi
(a) L-Ilment li jinkludi l-Annessi. Suġġett għad-disposizzjonijiet li jinsabu f’paragrafu A(2)(ċ) tar-Regoli tal-ADR, l-ilment li jinkludi kwalunkwe anness għandu jintbagħat b’mod elettroniku fil-forma kompluta (skond id-disposizzjonijiet li jinsabu fil-Paragrafu 12(a) hawn taħt).
(b) Complaint Transmittal Coversheet. L-ilmentatur huwa meħtieġ jibgħat jew jitrasmetti l-ilment billi jagħmel użu mil-Complaint Transmittal Coversheet, kif jinstab fl Anness A u kif ukoll fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru. Meta tkun possibli, l-ilmentatur għandu jagħmel użu mill-verzjoni tal-Complaint Transmittal Coversheet li tkun fl-istess lingwa/i li kienet intużat fil-kitba tal-ftehim irreġistrata/i għad-domain name li huwa/huma suġġett tal-ilment.
(c) Verifikazzjoni tar-Reġistru. Iċ- Ċentru għandu jissommetti rikjesta għal-verifikazzjoni lir-Reġistru. Ir-rikjesta tkun tinkludi talba sabiex d-domain name jiġi bblukkat, skont Paragrafu B(1)(e) tar-Regoli tal-ADR.
5. Reviżjoni rigward il-Format tal-Konformita’
(a) Notifika għan-nuqqas ta’ Rekwżiti fl-Ilment. Iċ-Ċentru, fi zmien ħamest (5) ijiem minn meta jirċievi l-ilment, għandu jirrevedi l-ilment sabiex jassigura li dan huwa konformi mar-rekwiżiti formali tar-Regoli tal-ADR, u kif ukoll mar-Regoli Supplimentari, u jinnotifika l-Ilmentatur fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas.
Iċ-Ċentru, fi zmien ħamest (5) ijiem minn meta jirċievi r-risposta, għandu jirrevedi r-risposta sabiex jassigura li l-ilment huwa konformi mar-rekwiżiti formali tar-Regoli tal-ADR kif ukoll mar-Regoli Supplimentari, u għandu jinnotifika l-Ilmentatur fir-rigward ta’ kwalunkwe nuqqas.
(b) Irtir tal-Ilment. Jekk l-Ilmentatur jonqos milli jirrimedja kwalunkwe nuqqas li ġie identifikat miċ-Ċentru fil-perjodu stabbilit fil-Paragrafu B(2)(ċ) tar-Regoli tal-ADR (fi zmien sebat (7) ijiem), iċ-Ċentru għandu jinnotifika l-Ilmentatur, l-Intimat u r-Registru li l-ilment huwa meqjus irtirat.
Il-kontestazzjoni da parti tal-Ilmentatur fir-rigward tal-irtirar tal-ilment minħabba defiċjenza amministrattiva (skond Paragrafu B(2)(ċ) tar-Regoli tal-ADR) huwa deskritt fl Anness F.
6. Il - Ħatra ta’ Amministratur għall-Kawża
(a) Notifika. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi lill-Partijiet interessati l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-membru tal-istaff li se jkun appuntat bħala Amministrattur tal-Kawża, kif ukoll id-dettalji ta’ min se jkun responsabbli għal-kwestjonijiet amministrattivi relatati mat-tilwim u ta’ min se jkun f’kommunikazzjoni mal-Bord Amministrattiv.
(b) Responsabbilitajiet. L-Amministrattur tal-Kawża jista’ jipprovdi assistenza amministrattiva lill-Bord, izda dan m’għandu l-ebda awtorita’ li jiddeċiedi kwistjonijiet sostantivi li jikkonċernaw t-tilwim.
7. Sottomissjoni tar-Risposta u l-Annessi
Skont id-disposizzjonijiet li jinsabu fil-Paragrafu A(2)(ċ) tar-Regoli tal-ADR, ir-Risposta, kif ukoll kwalunkwe Anness għandhom ikunu sottomessi elettronikament fil-forma assoluta (skont il-Paragrafu 12(b) hawn taħt).
8. Proċeduri għall-Ħatra tal-Bord
(a) Kandidati ta’ kwalunkwe parti Meta parti hija meħtieġa li tissommetti tlett (3) ismijiet ta’ kandidati sabiex jiġu kkunsidrati u sussegwentament ikunu maħtura miċ-Ċentru bħala membri tal-Bord (ai termini ta’ Paragrafi B(1)(b)(4), B(3)(b)(4) u B(4)(ċ) tar-Regoli tal-ADR), din il-parti għandha tipprovdi l-ismijiet u d-dettalji tal-kuntatt ta’ dawn it-tlett kandidati f’ ordni ta’ preferenza tagħha. Fil-ħatra tal-membru tal-Bord, iċ-Ċentru, skont id-disponibbilta’, għandu jirrispetta l-ordni ta’ preferenza indikata mill-parti.
(b) Il-Membru Sedenti tal-Bord
(i) It-tielet membru tal-Bord li jiġi appuntat skont id-disposizzjonijiet tal-Paragrafu B(4)(d) tar-Regoli tal-ADR għandu jkun il Membru Sedenti tal-Bord.
(ii) Skont id-disposizzjonijiet tal-Paragrafu B(4)(d) tar-Regoli tal-ADR, iċ-Ċentru huwa obbligat li jaħtar l-Membru Sedenti tal-Bord mil-lista ppubblikata.
(c) L-Inadempjenza tal-Intimat
Fejn l-intimat ma jissottomettix ir-risposta ai termini tal-Paragrafu B(3)(f) tar-Regoli tal-ADR, jew ma jissottomettix il-pagament dovut ai termini ta’ Paragrafu B(3)(ċ) tar-Regoli tal-ADR fiz-zmien stipulat stipulat miċ-Ċentru, iċ-Ċentru huwa obbligat li jipproċedi sabiex jappunta l-Bord f’tali manjiera:
(i) Jekk l-ilmentatur jinnomina membru uniku għall-Bord, iċ-Ċentru huwa obbligat li jappunta
(ii) Jekk l-ilmentatur jinnomina tlett membri għall-Bord, iċ-Ċentru huwa obbligat li, skont id-disponibbilta’, jappunta Membru mill-ismijiet li kien issuġġerixxa l-ilmentatur, u jappunta t-tieni Membru u l-Membru Sedenti mil-lista ppubblikata.
Il-kontestazzjoni tal-intimat għan-Notifika taċ-Ċentru għall-inadempjenza tal-intimat (skont id-disposizzjonijiet tal-Paragrafu B(3)(g) tar-Regoli tal-ADR) huwa deskritt fl Anness G.
9. Dikkjarazzjoni
Skont id-disposizzjonijiet tal-Paragrafu B(5) tar-Regoli tal-ADR, qabel jinħatar il-membru tal-Bord, kandidat minnhom huwa meħtieġ li jissommetti liċ-Ċentru Dikjarazzjoni t’Imparzjalita’ u Independenza billi jagħmel użu tal-formola stabbilita’ fl Anness Ċ u li għandha tkun mtellgħa fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru.
10.Tariffi
It-Tariffi aplikabbli għall-proċedura amministrattiva huma speċifikati fl Anness D li hija disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru.
11. Word Limits
(a) Il-limitu ta’ kliem ai termini tal-Paragrafu B(1)(b)(10) tar-Regoli tal-ADR għandu jkun 5000 kelma.
(b) Il-limitu ta’ kliem ai termini tal-Paragrafu B(3)(b)(6) tar-Regoli tal-ADR għandu jkun 5000 kelma.
(ċ) Fir-rigward tal-Paragrafu B(12) tar-Regoli tal-ADR, m’hemmx limitu ta’ kliem.
12. Id-daqs tal-Fajl u l-Modalitajiet tal-Format
(a) (a) Id-daqs tal-fajl u l-modalitajiet tal-format skont il-Paragrafu B(1)(b) tar-Regoli tal-ADR għandhom ikunu kif stipulat fl Anness E u huma disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru.
(b) (b) Id-daqs tal-fajl u l-modalitajiet tal-format skont il-Paragrafu B(3)(b) tar-Regoli tal-ADR għandhom ikunu kif stipulat fl Anness E u huma disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru.
13. Arranġament
Jekk qabel il-ħatra tal-Bord, il-Partijiet jilħqu qbil, dawn il-Partijiet għandhom jinnotifikaw liċ-Ċentru.
14. Id-Deċiżjoni tal-Bord
Ir-Regoli tal-ADR jeħtieġu li d-Deċiżjoni tal-Bord għandha tinkludi sommarju qasir fil-lingwa Ingliża. Id-Deċiżjoni tal-Bord tkun disponibbli fuq is-sit elettroniku taċ-Ċentru.
15. Emendi
Iċ-Ċentru għandu d-diskrezzjoni sabiex jemenda dawn ir-Regoli Supplimentari u għandu jinnotifika lir-Registru dwar kwalunkwe modifikazzjon(i) mill-inqas disgħin-il (90) ġurnata qabel ma jiġu effettivi, sakemm ma jkunx hemm xi qbil ieħor.
16. Esklużjoni ta’ Responsabbilta’
Ħlief f’każ ta’ mġieba ħazina li tkun intenzjonata, il-Bord, il-‘World Intellectual Property Organization’ u ċ-Ċentru m’għandomx jinżammu responsabli minn kwalunkwe parti, mir-Reġistratur jew mir-Reġistru kkonċernat dwar xi att jew ommissjoni in konnessjoni mal-proċeduri amministrattivi.