Anness E
Il-Modalitajiet tad-daqs tal-fajl għal kommunikazzjoni via email.
Salv arranġamenti maċ-Ċentru minn qabel, id-daqs tal-email (inkluż l-annessi) trasmessi liċ-Ċentru b’konnessjoni ma kwalunkwe proċedura relatata ma d-.eu, ma jistghux ikunu ikbar min għaxar megabytes (10 MB). Meta l-ammont ta’ data li għandha tiġi trasmessa tkun ikbar, dawn il-fajls jistgħu ikunu “maqsumin” f’emails separati.
Il-Modalitajiet tad-daqs ta’ fajls individwali (ċioe, anness mal-email)
Salv arranġamenti maċ-Ċentru minn qabel, id-daqs ta’ fajl individwali (bħal dokumenti fil-format ta’ Word, PDF jew Excel) trasmess liċ-Ċentru b’konnessjoni ma kwalunkwe proċedura relatata ma d-.eu, ma jistax ikun akbar minn għaxar megabytes (10 MB). Meta l-ammont ta’ data li għandha tiġi trasmessa tkun ikbar, dawn il-fajls jistgħu ikunu “maqsumin” f’emails separati.
Modalitajiet tad-daqs totali tal-fajl fil-Kawżi .eu
Id-daqs totali tal-ilment jew risposta (inkluż l-annessi) ipprezentati f’relazzjoni mat-tilwim .eu ma jistgħux jaqbżu l-ħamsin megabytes (50 MB), ħlief f’ċirkustanzi eċċezjonali (inkluż f’każ ta’ tratazzjoni ta’ numru kbir ta’ tilwim dwar id-domain names) fejn jiġu rranġati maċ-Ċentru preċedentament.