REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/582
tat-12 ta' April 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali
tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l- infurzar doganali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 (2), stabbilixxa l-formola tal-applikazz joni prevista fir-Regolament (UE) Nru 608/2013 li trid tintuża biex l-awtoritajiet doganali jintalbu jieħdu azzjoni fir-rigward ta' oġġetti suspettati bi ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali (il-“formola tal-applikazzjoni”).
(2) Il-formola ta' applikazzjoni trid tiġi adattata biex titqies l-esperjenza prattika li saret bl-użu ta' dik il-formola kif ukoll biex jiġu żgurati t-trażmissjoni mingħajr problemi u l-iskambju ta' informazzjoni permezz tal-bażi ta' dejta ċentrali msemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013.
(3) Meta applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li l-awtoritajiet doganali jkunu ssospendew ir-rilaxx tal-oġġetti jew ikunu ssekwestrawhom fuq inizjattiva tagħhom stess, dan jenħtieġ li jiġi indikat fil-formola tal-applikazzjoni mill- applikant.
(4) Permezz tar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), it-terminu “trade mark Komunitarja” ġie sostitwit fl-ordni legali tal-Unjoni bit-terminu “trademark tal-Unjoni Ewropea”. Il-formola tal- applikazzjoni trid tiġi aġġornata skont dan.
(5) Meta l-applikant jitlob biex tintuża l-proċedura għall-qerda ta' oġġetti f'kunsinni żgħar skont l-Artikolu 26 tar- Regolament (UE) Nru 608/2013, jenħtieġ li jkun jista' jispeċifika jekk jixtieqx li l-proċedura tintuża fl-Istati Membri kollha jew fi Stat Membru wieħed jew f'diversi Stati Membri speċifiċi.
(6) L-applikant jenħtieġ li jkun mitlub jipprovdi fil-formola tal-applikazzjoni, l-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpaniji u tal-kummerċjanti involuti billi dik l-informazzjoni hija relevanti għall-analiżi u għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet doganali rigward ir-riskju ta' ksur.
(7) Meta jitqies li, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, l-iskambji kollha ta' dejta dwar deċiżjo nijiet marbuta ma' applikazzjonijiet u sekwestri bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jridu jsiru permezz ta' bażi ta' dejta ċentrali tal-Kummissjoni u li dik il-bażi ta' dejta trid tiġi aġġustata skont il-formola ta' applikazzjoni l- ġdida, l-emendi fl-Annessi I u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jenħtieġ li japplikaw mill-15 ta' Mejju 2018.
(8) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jiġi emendat skont dan.
(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
18.4.2018L 98/4 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 15. (2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-formoli previsti fir-
Regolament (UE) Nru 608/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 10).
(3) Ir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal- Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21).
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 jiġi emendat kif ġej:
(1) L-Anness I huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;
(2) L-Anness III hu emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-15 ta' Mejju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President Jean-Claude JUNCKER
18.4.2018 L 98/5Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
ANNESS I
“ANNESS I
18.4.2018L 98/6 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018 L 98/7Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018L 98/8 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018 L 98/9Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018L 98/10 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018 L 98/11Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018L 98/12 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018 L 98/13Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
18.4.2018L 98/14 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
”.
18.4.2018 L 98/15Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT
ANNESS II
Il-Parti I tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1352/2013 hija emendata kif ġej:
(1) fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 1 (“Applikant”), it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Id-dettalji dwar l-applikant għandhom jiddaħħlu f'din il-kaxxa. Din għandha tinkludi tagħrif dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant, in-Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa tiegħu, kwalunkwe numru ta' reġistrazzjoni nazzjonali ieħor jew in-Numru ta' Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni bħala Operatur Ekonomiku (Nru-EORI) tiegħu, li huwa numru uniku fl-Unjoni kollha, assenjat minn awtorità doganali fi Stat Membru lil operaturi ekonomiċi involuti f'atti vitajiet doganali, in-numru tat-telefown, tat-telefown ċellulari jew tal-faks u l-indirizz elettroniku tiegħu. L-applikant jista' wkoll idaħħal, fejn xieraq, l-indirizz tas-sit web tiegħu.”;
(2) fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 2 (“Applikazzjoni tal-Unjoni/Nazzjonali”), qed jiżdied il-paragrafu li ġej:
“Meta l-applikazzjoni tiġi ppreżentata wara li jkun ġie sospiż ir-rilaxx tal-oġġetti jew l-oġġetti jkunu ġew issekwestrati skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, il-kaxxa “Applikazzjoni nazzjonali (ara l-Artikolu 5(3))” għandha tiġi mmarkata.”;
(3) fin-nota dwar il-mili tal-kaxxa 10 (“Proċedura għal kunsinni żgħar”), it-test huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Meta l-applikant jixtieq jagħmel talba għall-użu tal-proċedura għall-qerda ta' oġġetti f'kunsinni żgħar stabbilita fl- Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 608/2013, għandu jimmarka l-kaxxa x-xierqa tal-Istat Membru, jew tal-Istati Membri fil-każ ta' applikazzjoni tal-Unjoni, fejn jesprimi x-xewqa li tiġi applikata l-proċedura.”.
18.4.2018L 98/16 Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaMT