A 325VERŻJONI ELETTRONIKA
ATT Nru. IX tal-2009
ATT biex jemenda l-Att dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur, Kap. 415
IL-PRESIDENT bil-parir u l-kunsens tal-Kamra tad-Deputati, imlaqqgħa f’dan il-Parlament, u bl-awtorità ta’ l-istess, ħareġ b’liġi dan li gej:-
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu Att ta’ l-2009 li jemenda l-Att dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur, u għandu jinqara u jiftiehem ħaġa waħda ma’ l-Att dwar id-Drittijiet ta’ l-Awtur, hawn iżjed ’il quddiem imsejjaħ “l-Att prinċipali”.
2. L-artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) minflok il-kliem “F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort oħra –” għandhom jidħlu l-kliem “(1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra –”;
(b) is-subartikolu (1) tiegħu kif enumerat mill-ġdid għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) fit-tifsira “artisti”, minflok il-kliem “tinkludi kantanti, mużiċisti, atturi jew artisti oħrajn li jkantaw, jirreċtaw, jiddeklamaw, jagħmluha jew jilgħabuha ta’ xi ħaddieħor jew xort oħra” għandhom jidħlu l-kliem “tinkludi kantanti, mużiċisti, żeffiena, atturi jew artisti
Titolu fil-qosor.
Emenda ta’ l-artikolu 2 ta’ l-Att prinċipali.
Nagħti l-kunsens tiegħi.
(L.S.) GeorGe Hyzler Aġent President
19 ta’ Ġunju, 2009
A 326 VERŻJONI ELETTRONIKA
oħra li jkantaw, jirreċtaw, jiddeklamaw, jagħmluha jew jilgħabuha ta’ xi ħaddieħor, jinterpretaw jew xort oħra”;
(ii) fit-tifsira “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fl- ewwel paragrafu tagħha, minflok il-kliem “xogħol bil-fili jew mingħajr fili u” għandhom jidħlu l-kliem “xogħol jew funzjonament jew reġistrazzjoni ta’ smigħ bil-fili jew mingħajr fili lill-pubbliku u”, u minflok it-tieni paragrafu tagħha għandhom jidħlu l-kliem:
“Iżda l-provdiment sempliċi ta’ faċilitajiet fiżiċi sabiex tkun tista’ ssir jew għal għemil ta’ komunikazzjoni ma tammontax fiha nnifisha għal att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku:
Iżda wkoll għall-finijiet ta’ l-artikolu 19, komunikazzjoni lill-pubbliku tinkludi wkoll li tagħmel il-ħsejjes jew rappreżentazzjonijiet ta’ ħsejjes li jsiru f’reġistrazzjoni ta’ smigħ li jinstema’ mill-pubbliku;”;
(iii) minnufih wara t-tifsira “prodott minn semikonduttur” għandha tidħol din it-tifsira ġdida li ġejja:
“ “produttur ta’ reġistrazzjoni ta’ smigħ” tfisser l-enti legali li tieħu l-inizjattiva u li jkollha r-responsabbilta`ta’ l-ewwel fissazzjoni tal-ħsejjes ta’ esekuzzjoni jew ta’ ħsejjes oħra jew tar- rappreżentazzjoni ta’ ħsejjes”; u
(ċ) is-subartikolu (2) tiegħu għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) fis-subparagrafu (a) tiegħu, minflok il-kliem “xogħol għandu jitqies” għandhom jidħlu l-kliem “xogħol jew reġistrazzjoni ta’ smiegħ għandhom jitqiesu” u minflok il-kliem “għall-pubbliku;” għandhom jidħlu l-kliem “għall-pubbliku:” u minnufih wara għandu jiżdied dan il-proviso li ġej:
“iżda fil-każ ta’ xogħol, li jkun sar disponibbli għall-pubbliku, dan għandu jkun sar bil-kunsens ta’ l-awtur jew tal-proprjetarju ta’ drittijiet ta’ l-awtur l-ieħor, u fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ smigħ, bil-
A 327VERŻJONI ELETTRONIKA
kunsens tal-produttur tar-reġistrazzjoni ta’ smigħ jew tas-suċċessur tiegħu fit-titolu;”;
(ii) il-paragrafi (b) u (ċ) tiegħu għandhom jiġu enumerati mill-ġdid bħala (ċ) u (d) rispettivament;
(iii) minnufih wara paragrafu (a) tiegħu għandu jiżdied dan il-paragrafu ġdid li ġej:
“(b) għall-finijiet ta’ l-artikolu 19, reġistrazzjoni ta’ smigħ li tkun saret disponibbli għall-pubbliku b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili b’dak il-mod li l-membri tal-pubbliku jistgħu ikollhom aċċess għaliha minn lok f’ħin li jiġi individwalment magħżul minnhom, għandu jiġi ikkunsidrat daqs li kieku kien ippubblikat għal finijiet kummerċjali;”.
3. Minnufih fi tmiem is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Att prinċipali, għandu jiżdied dan il-kliem li ġej:
“Barra minn hekk, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhiex testendi għal ideat, proċeduri, metodi ta’ tħaddim jew kunċetti matematiċi bħal dawk.”.
4. F’paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 9 ta’ l-Att prinċipali, fit-test Ingliż biss minflok il-kelma “nore” għandha tidħol il-kelma “nor”, u l-kliem “msemmija fl-artikolu 42(3) u (4)” għandhom jiġu mħassra.
5. Minflok il-paragrafu (b) ta’l-artikolu 15 ta’l-Att prinċipali, għandu jidħol dan il-paragrafu li ġej:
“(b) il-kirja u s-self, anke wara d-distribuzzjoni tagħhom, jew bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni, mill-produttur;”.
6. Minflok il-kliem “lill-artisti.” fl-artikolu 19 ta’ l-Att prinċipali, għandhom jidħlu l-kliem “lill-artisti:” u minnufih wara għandu jiżdied dan il-proviso li ġej:
“Iżda għall-fini ta’ dan l-artikolu, reġistrazzjonijiet ta’ smigħ li jkunu saru disponibbli għall-pubbliku b’mezzi bil- fili jew mingħajr fili, b’tali mod li l-membri tal-pubbliku jista’ jkollhom aċċess għalihom minn lok u f’ħin li huma jagħżlu individwalment, għandhom jiġu ikkunsidrati daqs li kieku dawn ġew ippubblikati għal finijiet kummerċjali.”.
Emenda ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Att prinċipali.
Emenda ta’ l-artikolu 9 ta’ l-Att prinċipali.
Emenda ta’ l-artikolu 15 ta’ l-Att prinċipali.
Emenda ta’ l-artikolu 19 ta’ l-Att prinċipali.
A 328 VERŻJONI ELETTRONIKA
Mgħoddi mill-Kamra tad-Deputati fis-Seduta Nru. 129 tas-16 ta’ Ġunju, 2009.
louis Galea Speaker
Pauline Abela Skrivan tal-Kamra tad-Deputati